Il-content creator bl-isem ta’ ‘Growing up Abroad’ 3 ijiem ilu tella’ filmat dwar Malta, u beda jqabbilha ma’ New York. Għall-ewwel, ma taħsibx li għandhom xejn x’jaqsmu flimkien, iżda wara li taħseb ftit, issib diversi similaritajiet.

Huwa nnota:

  • Id-diversità li fihom iż-żewġ postijiet
  • Jintużaw mill-industrija tal-films
  • Il-problemi tal-popolazzjoni u t-traffiku
  • Popolin entużjastiċi
  • Popolazzjoni kbira ta’ barranin
  • L-istorja kbira li għandhom
  • Destinazzjonijiet imfittxa mit-turisti
  • Ma fihomx ħafna ħdura
  • Ħafna djar li ma jgħixux fihom nies
  • Arċipelagi

Iżda, fl-aħħar qal li t-tnejn huma differenti minn xulxin għax, filwaqt li New York imdawra bi xmara, Malta għandha l-ġmiel tal-baħar Mediterran. Fl-aħħar hu wasal għall-konklużjoni li Malta tirbaħ lil din il-belt Amerikana.


Nicole Zammit