Ilbieraħ fuq Brillanti, il-kantanti kienu mitluba li jkantaw kanzunetti li kisbu suċċess fuq skala internazzjonali. Gianluca Cilia ddeċieda li jmur għall-kanzunetta L'Essenziale ta' Marco Mengoni li kisbet suċċess f'Sanremo u anke kellha riżultat pożittivi fil-Eurovision Song Contest.

Gianluca tista' tgħid li saħħar lil Chiara bil-vuċi tiegħu tant li spiċċat emozzjonata sew waqt li Gianluca kien qed ikanta. Fl-aħħar tal-wirja tiegħu l-kantanta li m'għandha bżonn ta' ebda introduzzjoni staqsiet jekk dan it-tifel m'għandux familja biex tiċċajta, għax qalet li anke lesta tadottah tant kemm għandu vuċi mill-isbaħ.

Żgur li dan kien mument mill-isbaħ għal Gianluca li faħħritu waħda mill-isbaħ vuċijiet li għandna f'Malta. Il-ġurija l-oħra kollha kellhom kliem ta' tifħir għal Gianluca, li qed ikompli juri li ħa jkun wieħed minn dawk li wieħed għandu jżomm għajnejh fuqu f'din il-kompetizzjoni.

Ilbieraħ hu spiċċa fost l-aqwa tlieta tal-programm b'din is-silta li kantaha veramenta mill-qalb!


Emil Calleja Bayliss