Tinqala' kontroversja sħiħa fuq il-midja soċjali wara li tħabbar li se tiġi proposta l-liġi fejn ġenitur jista' jagħżel li ma jiddikjarax is-sess tat-tarbija li tkun twieldet. Dan idum sakemm it-tarbija tkun kibret f'persuna ta' età partikolari.

Fuq il-midja soċjali persuna saħqet li din il-ħaġa ilha eżistenti fil-liġi u fil-verità tingħata din l-għażla meta mat-twelid tkun diffiċli biex tgħid x'sess għandha t-tarbija. Tgħaddi kumment importanti ħafna li wħud ma jistgħux jifhmu. "U ta' min isemmi u jfakkar li mhux dik l-ittra fuq iċ-ċertifikat ta' twelid li tagħmlek mara jew raġel." 

Dan kollu se jkun qed jiġi diskuss fil-jiem li ġejjin apparti l-liġi li koppja miżżewġa ser tiżdidilha l-għażla ta' kunjomijiet li tista' tagħżel. Fuq is-sit Television Malta ġie kwotat is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet, Alex Muscat, fejn qal li: ”Aħna li qed ngħidu hija li meta bniedem jiżżewweġ irrispettivament mis-sess tiegħu għandu jkollu l-għażliet kollha possibbli għall-kunjomijiet kemm tiegħu, kemm tal-partner tiegħu u kif ukoll tat-tfal meta evventwalment ikollhom it-tfal f’dik il-familja.”

Jidher li persuna miżżewġa tista' kemm iżżomm il-kunjom tagħha kif ukoll tieħu l-kunjom tal-persuna li żżewġet. Għad hemm iċ-ċans ukoll li wara li jiżżewġu, koppja jagħqdu ż-żewġ kunjomijiet tagħhom flimkien. Meta persuna diġà għandha żewġ kunjomijiet (minn qabel iż-żwieġ), ma tistax tibdel l-ordni.

Ara l-filmat b'aktar informazzjoni HAWN.

Facebook/ Edward Zammit Lewis


Kyle Zarb