Il-Kunsill Lokali ta' Bormla għadhom kif ħabbru t-tnedija tal-Cospicua Short Play Festival.

Jidher li anke ħarġu l-applikazzjonijiet, hekk kif kulħadd huwa mħeġġeġ sabiex jipparteċipa.

L-awturi huma mistednin sabiex jissottomettu l-applikazzjoni flimkien ma' skript.

Intant, il-festival sa jkun qiegħed iseħħ nhar l-20 u l-21 ta' Settembru 2024, filwaqt li fit-22 ta' Settembru sa jkunu qed jingħataw il-premji kollha.

F'punt bikri tal-kompetizzjoni, sa jkunu qed jintagħżlu 6 produzzjonijiet sabiex jikkompetu.

Titħajru?


Gwida.mt