Żgur li l-karattru ta' Becky interpretat mill-attriċi bravissima Eileen Montesin jibqa' ikoniku fix-xena lokali tal-ispettaklu.

Montesin ħabbret illi issa l-episodji ta' Becky The Return u anke It's Morris sa jkunu disponibbli fuq l-istazzjon TOKIS sabiex wieħed isegwi.

"Bi pjaċir ngħidilkom li tistgħu tagħmlu dan mis-6 ta' Mejju," spjegat Eileen.

Bis-sehem ewlieni ta' bosta atturi fosthom Mark Haber, Christine Haber, Karl Bonaċi, Romina Bonaċi u Francesco Catania, l-istejjer ta' Becky dejjem kisbu suċċess, sena wara l-oħra.

Sa ssegwu?


Cristian Tonna