Fil-ħinijiet ta' matul il-lejl, żewġ irġiel intlemħu jisirqu xi qsari minn restorant lokali.

Fuq il-mezzi soċjali beda anke jiċċirkola filmat fejn dawn iż-żewġ irġiel jidhru qed jieħdu l-pjanti, b'bosta jirrimarkaw li dan għamluh għal "Jum l-Omm", fuq nota ċajtiera.

Kienu oħrajn li kkundannaw dan l-att bis-sħiħ.

Intant, il-persuna li qasmet il-filmat appellat sabiex jekk xi ħadd jirrikonoxxi lil dawn iż-żewġ irġiel, jkun pront javviċinah.

Tistgħu ssegwu l-filmat hawn.


Cristian Tonna