Jidher li l-voti ta' Malta fil-Eurovision Song Contest ta' din is-sena ġewwa l-Isvezja, sa jkunu qed jinqraw mill-kantant lokali Matt Blxck.

Tul is-snin, Blxck ipparteċipa kemm-il darba fil-Malta Eurovision Song Contest bit-tir li jirrappreżenta lil pajjiżna, u mhux l-ewwel darba li kklassifika anke fit-2 post.

Matt żvela dan f'filmat li qasam fuq il-mezzi soċjali, fejn huwa anke wera personalitajiet oħrajn li preċidentament ingħataw l-unur li jħabbru l-punti ta' Malta f'dan il-kuntest magħruf internazzjonalment, fosthom Valentina Rossi, Julie Zahra, Ben Camille, Lara Azzopardi, AIDAN u Ryan Hili, fost oħrajn.

Din is-sena pajjiżna sa jkun qed jiġi rrappreżentat mill-kantanta bravissima Sarah Bonniċi bil-kanzunetta 'Loop', fil-belt ta' Malmö.

X'taħsbu dwar din id-deċiżjoni?


Cristian Tonna