Lil Christopher il-Kaboċċ kulħadd jafu għall-filmati li jagħmel fuq il-midja soċjali, flimkien m’ommu.

Għalkemm hu jidher dejjem li jkun ferħan, anke fil-passat meta kien għadu jiżen 165 kilo, il-Kaboċċ jgħid li ħajtu ma kinitx ward u żahar. Hu jgħid li għamel ħafna snin fejn in-nies kienu jafuh bħala bniedem ferħan imma fil-verita kien ikun qed jilbes il-maskra tat-tbissima għax hu kien iħossu l-aktar persuna imdejqa. Tant hu hekk li kien jispiċċa jinfexx fil-ħelu u fl-alkoħol biex jipprova jeħles minn dak id-dwejjaq. Saħansitra kien spiċċa lanqas joħroġ mid-dar ħlief għall-festa.

Għalkemm l-affarijiet issa nbiddlu, xorta waħda jgħid li “għadni ma fiqtx minn dal-moħħ imkisser li kelli, għax l-uġigħ iġġorru miegħek u ma tinsieh qatt...”

Il-Kaboċċ stieden lin-nies biex jekk hemm xi ħadd li qed isofri waħdu jiftaħ qalbu miegħu u jgħidu kelma flimkien, filwaqt li bagħat messaġġ ta’ kuraġġ lil min qed jgħaddi minn xi ħaġa simili kif għadda hu.


Henzley  Bezzina