wara temp xemxi bħal ma kellna llum, nistennew li t-temp jikkalma u nkomplu ngawdu x-xemx sal-aħħar tas-sajf, iżda l-paġna tal-aġġornamenti tat-temp ‘Maltese Islands Weather’ għarrfitna li dan mhux minnu.

Hi spjegat li se nkunu qed nesperjenzaw ġranet mirjieħa, minħabba “sistema' ta' pressjoni baxxa fuq id-deżert li se tagħtina jiem ta' riħ mix-Xlokk, arja mdaħħna bi trab fin u arja sħuna minn nhar L-Erbgħa 15 ta’ Mejju. Qed nistennew li r-riħ mix-Xlokk ikun b'buffuri qawwijin kultant. It-temperatura tista taqbeż it-30°C f'xi jum jew tnejn. Jaf ikollna wkoll xi taqtir ta' xita bir-ramel”. Mela noħorġu bil-flokk taċ-ċingi u l-umbrella!


Nicole Zammit