Il-kantanta lokali Maria Cini kitbet messaġġ f'jum għeluq sninha, fejn tesprimi kemm hi grata u kuntenta bil-mumenti sbieħ li kisbet u esperjenzat matul l-aħħar sena. Lil Maria narawha dejjem għaddejja bil-karriera mużikali tagħha, fejn il-mużika hi parti integrali minn ħajjitha.

Maria tikteb, "Nirrifletti fuq sena mżewqa mimlija b'ħafna ħidma, gigs, u fejn skoprejt lili nnifsi permezz tal-istudju u t-teżi. Grata għal vjaġġ fejn fittixt lili nnifsu u għożżejt l-aqwa nies, li huma l-familja tiegħi." Hi xerrdet anke ritratt għall-okkażjoni.

Awguri minn qalbna Maria!


Kyle Zarb