Il-paġna Kittu Guardians For Strays - V.O 2315 għadha kemm ippubblikat appell urġenti għall-pubbliku biex kull min jista' jagħti daqqa t'id, jagħmel dan minn kif jista'. Sfortunatament għandhom problema finanzjarja, u n-nuqqas tal-provvista tal-ikel qed tippersisti.

"Il-provvista tal-ikel spiċċatilna. Jekk jogħġbok xerred. Neħtieġu l-ikel biex nitimgħuhom, hawn taħt hemm il-lista ta’ dak li hemm bżonn. Jekk jogħġbok għinna. Ma nistgħux nibqgħu niġbru l-kontijiet pendenti, €1,300 u aktar dejn..."

L-appell ikompli b'numru ta' prodotti li hemm l-aktar bżonn bħalissa biex b'xi mod jgħinu ħajjet tant kolonji ta' qtates.

  • 1 x Royal Canin Mother & Baby Dry 10kgs
  • 2 x Royal Canin Gastrointestinal Kitten 2kgs
  • 24 x Royal Canin Mother & Baby Mousse
  • 24 x Royal Canin Gastrointestinal Kitten
  • 12 x Enjoy or Proline (Dry Food)
  • 48 x Kippy Kitten
  • 48 x Gourmet Pate Ocean Fish
  • 2 x Packets Nappies 60x90cm 
  • 2 x Brit Salmon Oil (Large) 
  • 4 x Clumping Litter 20lts/kgs 
  • 2 x Boxes Fortiflora Sachets
  • 1 x Woody Cat Wooden Pellets 15kgs

Ejjew inxerrdu l-appell forsi tiżdied l-għajnuna għal din il-komunità li ma waqfet qatt bil-ħidma tagħha.


Kyle Zarb