Fuq il-mezzi soċjali tiegħu, l-artisti lokali Indri Attard qasam il-bust li ħadem ta' Dun Mikiel Xerri. Biċċa xogħol li ġiet ikkummisjonata mill-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ. Żgur li tifkira xierqa ta' dan il-patrijott Malti.

Dun Mikiel Xerri kien minn Ħaż-Żebbuġ u twieled fid-29 ta’ Settembru 1737. Xerri studja f’universitajiet differenti fl-Ewropa. Huwa għex taħt il-Kavallieri ta’ San Ġwann, kif ukoll taħt il-Franċiżi meta dawn ħadu l-arċipelagu Malti.

Huwa pparteċipa f’rewwixta bla suċċess biex iwaqqa’ l-ħakma Franċiża taħt Napuljun Bonaparte. Infatti hu flimkien ma’ nies oħra Maltin, irċevew il-forka u ħajtu ntemmet fis-17 ta’ Jannar 1799 fl-età ta’ 61 sena.

Tifkira mill-isbaħ f'raħal twelidu!


Emil Calleja Bayliss