Illum jaħbat il-jum speċjali ta' missier il-preżentatur u attur Joseph Agius, hekk kif qed jiċċelebra għeluq sninu. Missieru huwa wieħed fost dawk il-persuni l-aktar importanti għal Joseph, u f'dan il-jum xtaq jesprimi kemm ifisser għalih u għall-familja.

"Grazzi Pa ta' dak kollu li tagħmel magħna u Grazzi ta' kemm tħobbna," jikteb Joseph. Xerred diversi ritratti tiegħu ċkejken flimkien ma' missieru, u ta' diversi familjari oħra fosthom l-għażiża bintu. Jinkludi fost l-oħrajn ritratt mill-ġurnata speċjali tat-tieġ tiegħu. 

Awguri mill-qalb lil missier Joseph.

Facebook/ Joseph Agius


Kyle Zarb