Kellymni: Episodju 28 - Immanuel Balzan (Tristan B)

Immanuel Balzan jitkellem ma’ Melanie Kelly fuq il-vjaġġ tiegħu tul dawn l-aħħar snin. Vjaġġ li kien xi ftit jew wisq terbulenti. Wieħed jista’ jgħid li din l-aktar intervista sinċiera li qatt għamel Immanuel, magħruf bħala Tristan B.

66 minuta

Melanie Kelly titkellem ma’ Immanuel Balzan, il-kantant li beda jirritorna lura fix-xena lokali tul dawn l-aħħar xhur. Ritorn li żgur ma kienx faċli għalih, imma reġa’ qed jagħmel dak li tassew iħobb jagħmel – il-mużika. Lil Immanuel ħafna jafuh bħala Tristan B fix-xena mużikali iżda wara l-kantant hemm storja li ħafna drabi ftit nies ikunu jafu eżattament x’inhi l-istorja tiegħu.

Hu ħa joħodna lura minn tfuliti u se jitkellem dwar l-isfidi li kellu miegħu nnifsu stress biex jaċċetta lilu nnifsu, kif ukoll iħobb lilu nnifsu. Żgur li ma kienx żmien faċli għalih u jistqarr li dan biex għamel dan. Hu jitkellem dwar diversi raġunijiet li wassluh għal dan, kif ukoll jitkellem bl-iktar mod onest kif dan il-fatt ħalla marka fuq ħajtu u sa ċertu punt għadu jpatti l-konsegwenzi sal-ġurnata tal-lum.

Waqt il-podcast ħa jitkellem dwar l-esperjenzi mużikali u l-opportunitajiet li kellu, ħa jitkellem dwar l-iżbalji li wettaq, iż-żmien tiegħu ġewwa l-ħabs u kif qed iħares lejn il-ħajja llum il-ġurnata. Żgur li grazzi għal Kellymni se tiskopru aktar dwar dan il-kantant lokali li qed jirritorna bil-mod f’din ix-xena.