Minn kif inhu mbassar jidher li għada f’Malta se jkun hawn maltemp verament qawwi.

Skont l-Uffiċju Meterjoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, it-temperatura mistenna tonqos sa 16°C. Se jkollna wkoll riħ qawwi li anke sa jilħaq il-Forza 7 u xita qawwija hija mistennija tolqot lill-Gżejjer Maltin. Ir-riħ huwa mistenni mistenni li jitqawwa mal-lejl, fejn dan ikun aktar qawwi għada u f’ċertu postijiet f’Malta jaf ukoll jilħaq il-61 kilometru fis-siegħa.

Huwa importanti għal kulħadd biex noqogħdu attenti, inġorru l-umbrellel magħna u nsuqu bil-galbu sabiex jiġu evitati l-inċidenti.

AccuWeather


Henzley  Bezzina