F'messaġġ li kiteb il-bieraħ flgħaxija l-kantant lokali Franklin, spjega li bħalissa jinsab fuq pawża mix-xena lokali. Ħafna bdew jistaqsu lil kantant ta' x'ġara u x'inhi r-raġuni wara dan kollu. Il-kantant ħaseb li wasal iż-żmien li jitkellem dwar dan!

"Għeżież, ħafna saqsew għal dak li ġara u għaliex waqaft nidher fuq it-televiżjoni f'daqqa waħda. Ir-raġuni ewlenija hija qatt ma ridt inkun parti mill-midja soċjali." Franklin isemmi l-kwistjoni ta' self-esteem, imma jgħid li dejjem sab nies li emmnu fih u għenuh jistabilixxi ruħu inkluż fuq il-midja soċjali għax in-nies bdew isiru jafuh!

Hu jrodd ħajr lin-nies li għenuh tul dan il-vjaġġ, isemmi l-kantant Glen Vella li kien il-persuna għenu jkun dak li hu, ħadem miegħu u sfidah sabiex jgħin lilu nnifsu jilħaq il-limiti tiegħu fejn rebaħ il-programm Don't Stop Me Now.

Franklin jirringrazzja wkoll lil Eileen Montesin li skopriet it-talent tiegħu u ta' ħafna oħrajn, tatu l-appoġġ u gwidatu wkoll. Grazzi għal dan il-programm kien iltaqa' ma' Maria Abdilla, li hi l-għalliem tal-vuċi ta' Franklin, li ħadmet miegħu mill-att tekniku.

Il-kantant ikompli jgħid li: "Minn dak iż-żmien qatt ma ħarist lura, bdejt nieħu sehem fuq Ħadd Ghalik bħala kantant residenti u għadni nirringrazzja lil ħabiba tiegħi Angie Laus peress li kienet hemm għalija wkoll u anke ħdimna kanzunetti flimkien!"

Franklin isemmi wkoll id-dehriet tiegħu fil-Malta Eurovision, jgħid li kien kburi u kuntent meta fl-2016 kiseb it-tielet post bil-kanzunetta Little Love, u għadu wkoll grat immens li fl-2015 kanta l-kanzunetta Still Here miktuba minn Alexander Rybak li rebaħ il-Eurovision Song Contest fl-2009!

Lil Franklin l-aħħar darba li rajnieh kien f'X Factor Malta, meta rnexxielu jkun wieħed mit-12-il finalist. Sfortunatament, l-avvenutra tiegħu ntemmet fl-ewwel programm u ħafna kienu diżapuntati li kantant b'vuċi tad-deheb u timbru uniku kellu jħalli l-kompetizzjoni daqshekk kmieni.

Jagħlaq billi jgħid: "Onestament kont qed naħseb li nibda naħdem fuq proġett ġdid, madankollu nħoss li mhux iż-żmien opportun biex nerġa' lura. Jien nemmen li dejjem kelli l-pubbliku miegħi. Nittama li xi darba dalwaqt nirritorna, imma mhux għalissa." 

Aħna f'isem Gwida.mt ngħidu lil Franklin li ħa nkunu qed nistennew ir-ritorn tiegħu b'tant u tant entużjażmu. Nittamaw li ma ndumux wisq ma nerġgħu narawh!

Facebook / Franklin Calleja 


Emil Calleja Bayliss