Frank Zammit minn wara dar Nate u Rossi mar jagħmel audition. Tħajjar li jagħmel dan wara li sema' bir-riklam ta' Żigużajg fejn kienu qed ifittxu n-nies sabiex jingħaqdu magħhom sabiex idur id-dinja magħhom.

Skont Nathan iżda hemm aħbar tajba ħafna... Frank jgħid "ma mortx tajjeb fl-audition... qatt ma ħassejtni daqshekk barra mill-ilma." Frank mar preparat bl-affarijiet tal-juggling, li ma kienx jaf hi li dan it-tip ta' ċirklu kienu qed ifittxu nies fl-akrobatika.

Ritratt: Facebook / Frank Zammit

Valentina biex tinkih qaltlu li żgur ma tant dam, għax daħal u ħareġ. Frank jistqarr li żewġ minuti kollox u telaq għax ovvjament kienet xi ħaġa kompletament differenti. Differenti minn dak li qegħdin ifittxu u minn dak li ħaseb hu wkoll.

Hu kien qed jittama li din tkun waħda minn dawk l-affarijiet li jgħaddu mal-oħrajn... imma jidher li sħabu Nate u Rossi ma tantx ħa jħalluh jinsa din l-esperjenza malajr speċjalment minħabba li ma qallhomx x'kien qed jagħmel.

Ħeq taf int hux... kieku lil Frank għażluh, x'kien ħa jsir minn Nate, Frank & Rossi?

Facebook / Frank Zammit


Emil Calleja Bayliss