Il-fotografu Malti Andrew Mercieca qasam diversi mumenti ewlenin mill-esperjenza tiegħu li żgur ħafna jixtiequ jgħaddu minnha! Hu wasal proprju sal-pit lane fejn irnexxielu jiġbed diversi ritratti mill-aqwa waqt tiġrija tal-Formula 1. 

Mercieca tella’ sensiela ta’ ritratti li ħa għat-tim Franċiż, Alpine Team, b'xeni impressjonanti għall-aħħar. Wieħed mir-ritratti juri saħansitra lis-sewwieq Esteban Ocon iħares dritt lejh. 

Il-fotografu żagħżugħ jikteb, "Verament grat li kelli din l-opportunità, eċitat biex nara l-ħajja x'avventuri jmiss fil-ħajja." Ċertament kienu ħafna s-segwaċi tal-Formula 1 li kkummentaw fuq dawn ir-ritratti u faħħru l-abbiltà ta' Mercieca.

Prosit tassew!

View this post on Instagram

A post shared by Dru (@andrew.mercieca)

Instagram/ andrew.mercieca


Kyle Zarb