Andrew Azzopardi tkellem fuq id-diversi affarijiet kunfliġġenti li qed isiru f’pajjiżna. Hu semma’ li qed inġibu ajruplani sħaħ mimlijin barranin, imma “nitilqu d-dgħajjes f’nofs ta’ baħar”, u filli ngħidu ma nġibux iktar ħaddiema barranin, u filli jingħad li l-ekonomija tagħna bbażata fuq il-barranin. Dawn huma biss ftit mill-affarijiet li semma’.
Azzopardi hu tal-opinjoni li Malta bħalissa għandha politika li ħafna minnha m’għandiex tama, m’hawnx sens ta’ tmexxija konkreta, u lanqas sens ta’ viżjoni... “il-bqija kollox fuq ir-rubini” qal. Bosta qablu mal-kliem ta’ Azzopardi fis-sezzjoni tal-kummenti, u żiedu jgħidu tagħjom, b’bosta jissuġerixxu ideat ġodda.
Facebook / Andrew Azzopardi