Fil-publikazzjoni GWIDA li ħarġet 'il bieraħ, 24 ta' Diċembru ġiet ippublikata intervista esklussiva ma' Peppi Azzopardi l-moħħ wara l-Istrina. Peppi jgħidlna li, "...Il-ġurnata tal-Milied dejjem tiġi jum qabel L-Istrina allura nistqarr li għalkemm inkun qed nifraħ mal-familja, ma nkunx kompletament rilassat".

Peppi fl-Istrina jaħdem bħala voluntier hu jgħidilna ... "Ix-xogħol jibda minn 3 xhur qabel. L-Istrina mhix it-12-il siegħa li nagħmel nippreżenta imma s-sigħat u l-weekends, li nagħmlu naħdmu għaliha".

U kif ikun bħal għada filgħodu... "Ħafna nkun eċitat. Ħafna. Fil-fatt ma nqumx. Għax ma nkunx irqadt. Inħoss responsabbiltà kbira lejn ħuti li dak il-ħin ikunu qed ibatu u jiddependu minn L-Istrina".

Għada L-Istrina ... F'idejk!


Anthony Baldacchino