Clare Agius żgur li hija wiċċ familjari. Nafuha mis-sejre tant popolari ‘il-Madonna taċ-Ċoqqa’ u għadna sal-lum narawha fix-xena televiżiva. Fl-iskeda li għaddiet rajieha tippreżenta l-programm ‘Ilsien in-Nisa’ flimkien ma’ Claire Agius Ordway u Pauline Agius.

View this post on Instagram

A post shared by Clare Agius 🇲🇹 (@clare_agius_) on

Però skoprejna li għandha ħafna aktar talenti li jmorru lil hinn mit-televixin. Wieħed minn dawn huwa l-avjazzjoni! L-ajruplani huma wisq għal qalb Clare! Kont taf li għandha l-liċenzja biex ittajjar ajruplan żgħir?

View this post on Instagram

A post shared by Clare Agius 🇲🇹 (@clare_agius_) on

Fil-fatt dalgħodu kienet qed tiffilmja fuq ajruplan għal serje ġdida li se tibda tidher f’Ottubru li ġej! Tgħid se naraw lil Clare ttajjar xi ajruplan jew se nitgħallmu xi informazzjoni dwar x’jiġri waqt titjira? Min jaf! Nistennew s’Ottubru!

Instagram / @clare_agius_


Yasmin Camilleri