Illum huwa magħruf bħala l-jum li fih nuru l-apprezzament lejn il-friefet il-lejl. Speċi li fil-fatt għandhom ħafna benefiċċji fl-ekosistema ta' madwarna. 

Huma jieklu bosta insetti tal-ajru li jkollna ammont kbir minnhom matul is-sajf ngħidu aħna. Il-friefet il-lejl kollha huma protetti fl-Att dwar il-Ħarsien tal-Ambjent, il-Konvenzjoni ta' Berna, il-Konvenzjoni ta' Bonn, kif ukoll id-Direttiva dwar l-abitat tal-UE.

Speċi li nstabu f'pajjiżna huma dawn li ġejjin:

  • The Common pipstrelle (Pipistrellus pipistrellus)
  • The Savi's pipstrelle (Hypsugo savii)
  • The Kuhl's pipistrelle (Pipstrellus kuhlii)
  • The Maghrebian mouse-eared bat (Myotis punicus)
  • The Greater and Lesser Horseshoe bats (Rhinolophus ferrumequinum and Rhinolophus hipposideros)
  • The Soprano pipstrelle (Pipistrellus pygmaeus)
  • The Noctule (Nyctalus noctula)
  • The Gaisler's Long-eared bat (Plecotus gaisleri)
  • The Schreiber's bat (Miniopterus schreibersii)
  • The European Free-tailed bat (Tadarida teniotis, aka Tadarida insignis)

Il-paġna Wildlife Rescue Team Malta f'post ta' Facebook jappellaw biex kull min jiltaqa' jew jinzerta xi friefet il-lejl li jinsabu f'diffikultà jew periklu, jagħmlu kuntatt minnufih fuq 9999 9505

Tinduna li jkun hemm xi ħaġa ħażina meta, "tarahom mal-art jew jistrieħu fuq ħitan fix-xemx."


Kyle Zarb