Il-paġna Is-Servizz Pubbliku ppiubblikat dwar dak li qed iħalli warajh il-maltemp kbir li kellna fuq il-gżejjer Maltin. Il-paġna tikteb dwar il-ħidma li qed issir biex ikun hawn l-indafa u l-ordni.

"Is-servizzi ta’ emerġenza ma waqfu xejn wara l-maltemp tal-bieraħ u l-grigalata qawwija tal-lum li qed tħalli diversi ħsarat. Għada u l-ġranet li ġejjin mistennija jkunu impenjattivi wkoll sabiex ikomplu jitneħħew inkonvenjenti mit-toroq u minn żoni pubbliċi."

Il-paġna tkompli, "Dan minħabba li f’ċertu żoni l-maltemp qed jagħmilha wisq diffiċli sabiex jintervjenu s-servizzi tal-emerġenża. Ħsibijietna mal-ħaddiema kollha li għaddejjin b’ħidma delikata f’kundizzjonijiet diffiċli."

Jistħoqqilhom kull apprezzament dawk kollha li qed jaħdmu favur l-ambjent ta' madwarna.


Kyle Zarb