Mill-pjattaforma soċjali tagħhom, Up and Up With Faith, jaqsmu magħna dan il-ħsieb fejn jitkellmu dwar il-fatt li ikollhom jitqassmu sabiex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-bżonnijijet taż-żewġ ulied għeżież tagħhom. Ovvjament ma hemmx la btajjel u anqas festi. Filwaqt li dejjem għaddejjin jixtiequ kieku jistgħu jwaqqfu ż-żmien għaliex iż-żmien itir u dawn il-mumenti meta jkunu żgħar huma tant prezzjużi. Theo ma għadux tarbija u Faith saret tqilha wisq biex iġorrha. Enfasizzaw ukoll kemm hu importanti li l-mument kurrenti għandna ngħożżuh għaliex qatt ma jista’ jerġa’ jiġi mreġġa lura. Jekk huwa mument iebes tajjeb li nżommu f’moħħna li jgħaddi wkoll.
“Ikollna ninqasmu biex inlaħħqu mal-bżonnijiet tat-tnejn, bżonnijiet li la jaraw weekends u lanqas festi.Sadanittant nixtieq inwaqqaf il-ħin għax dal-mumenti ċkejknin u ħelwin m’għandhomx prezz! Iż-żmien itir, ix-xhur qegħdin igerbu. Theo m’għadux tarbija u Faith m’għadnix niflaħ inġorrha!Il-mument. Issa. Dak għandna f’idejna. Kbir jew żgħir. Ma jerġa’ jiġi qatt. Ngħixuh, ingawduh, u jekk ftit iebes niftakru li jgħaddi wkoll.”