Il-moħħ wara Division 7, Jason Zerafa ħa jerġa' jsir missier.  Jason li bħalissa ċerament għaddej jaħdem bla waqfien fuq is-sensiela Division 7 li se tirritorna fuq it-televiżjoni fit-2 t'Ottubru. Jason flimkien mat-tfajla tiegħu Francesca qed jistennew t-tielet wildt tagħhom, huma għandhom żewġ subien Noah u Sam.

Ritratt: Facebook / Jason Zerafa

Dan żgur hu żmien impenjattiv ferm għal Jason hekk kif is-sensiela Division 7 tkompli tikseb suċċess wara ieħor, filwaqt li tkabbar it-telespettaturi li jsegwuha. Ċertament li wildt ġdid fil-familja jġib miegħu wkoll ħafna ferħ iżda wkoll ħafna xogħol ukoll.

Ritratt: Facebook / Jason Zerafa

Minn barra Division 7, Jason żgur li jinsab impenjat b'żewġ proġetti oħra li ħa jibdew wara t-tmiem ta' dan l-istaġun ta' Division 7 li huma Game Over u Alla Magħna. Jinstemgħu interessanti wkoll u għandna kurżita niskopru aktar dwarhom 'il quddiem.

F'isem Gwida.mt, nifirħu lil din il-koppja u nawgurawlha l-isbaħ xewqat. Nitolbu li l-Bambin iħarishom u kollox immur b'wiċċ il-ġdid, żgur li hi aħbar sabiħa ferm għal din il-koppja. Awguri! 


Emil Calleja Bayliss