Ħmistax ilu, Lucy qabżet minn ġol-karozza f'Ħal Qormi u f'ħin qasir ħafna sparixxiet. Is-sidien ta' Lucy ilhom minn dakinhar ifittxu lil din il-kelba u jaraw jekk jistgħux isibuha imma donnu kollu ta' xejn. Qed jiġi offrut elf ewro f'rigal għal min jirritorna lil Lucy qawwija u sħiħa.

Is-sidien tagħha għandhom suspett li forsi xi ħadd ġabarha u ddeċieda li jżommha. Ngħiduha kif inhi, tidher li hi kelba tassew ħelwa imma s-sidien tagħha qed jimmisjawha u ninsabu ċerti li hu wkoll qed timmissjahom.

Jekk għandek xi informazzjoni, għamel kuntatt fuq in-numru li qed jidher hawn fuq! Ejja ħalli nsibu lil Lucy.

Facebook / Karelys Alejandra


Emil Calleja Bayliss