Proprju ftit jiem wara li l-attriċi bravissima Eileen Montesin ħabbret l-irtirar tagħha mix-xena tal-ispettaklu, hija qasmet ritratt mill-aktar nostalġiku li żgur qanqal memorji mill-isbaħ fost dawk li kienu jsegwu.

Montesin fakkret is-sensiela Sossy li lura fis-snin 90 kienet saret ikonika mmens, hekk kif flimkien ma' John Dimech li kien jinterpreta l-parti ta' Ġanni, kienet dejjem twassal episodji mimlijin daħk u komiċità.

"Il-koppja tas-snin 90," saħqet Eileen fuq nota umoristika.

Intant, lil Montesin rajniha twassal bosta sensiliet komiċi oħrajn fosthom UndercoverDéjà VùDejjem Tiegħek BeckyKC, fejn dejjem spikkaw il-ħiliet tagħha.

Nawguraw lil Eileen għal aktar suċċessi fis-snin li ġejjin!


Cristian Tonna