Jake Vella għadu kif ġie ippreżentat b'rekord nazzjonali tal-għawm.

Il-paġna The Malta Records żvelat kif grazzi għall-persistenzà tiegħu, Vella sar l-iżgħar ġuvnott li għam għal 100km f'pixxina.

"Jake għamel dan ir-rekord f'ħin totali ta' 33 siegħa, 15-il minuta u 39 sekonda," spjegaw huma.

Żgur li Jake qed jissokta jservi ta' ispirazzjoni għal bosta oħrajn, fejn minkejja l-isfidi ta' saħħa li kontinwament ikollu jaffaċja, xorta waħda jibqa' jissielet.

Prosit, Jake!


Cristian Tonna