Proprju llum qed tiċċelebra għeluq sninha l-kantanta bravissima Anna Faniello - omm l-aħwa Fabrizio u Claudia Faniello. Hija qed tiċċelebra l-età sabiħa ta' 62.

"L-ewwel grazzi tmur lill-Missier Alla li 62 sena ilu għoġbu jibagħtni ġo dil-gżira Malta," saħqet Faniello f'għeluq sninha, f'kumment li tat lill-mezzi soċjali.

Intant, bħal uliedha, Anna wkoll għandha l-karriera mużikali tagħha hekk kif rajniha tieħu sehem f'kuntesti fosthom X Factor Malta, fejn anke għaddiet sal-fażi tal-Judges' Houses. Dan fl-edizzjoni tal-2019.

Waħda mill-interpretazzjonijiet tagħha tant kemm kienet marret tajjeb li sabet ruħha fuq X Factor Global, pjattaforma segwita minn madwar 5 miljun ruħ madwar id-dinja.

Snin twal ilu Anna kienet diġà bdiet tiffoka fuq il-ħiliet mużikali tagħha, iżda madankollu kellha tirtira mill-industrija sabiex tkun tista' tieħu ħsieb tat-tlett uliedha.


Cristian Tonna