Bosta nassaba u kaċċaturi ngħaqdu proprju fil-Knisja Parrokkjali ta' Ħad-Dingli sabiex jagħtu l-aħħar tislima lill-ħabib għażiż tagħhom Arnold Farrugia li miet fl-età ta' 30 sena.

Minkejja li kien barbier, Arnold kellu wkoll delizzju apparti tal-kaċċa u għalhekk ma naqasx li ħbiebu attendew bi ħġarhom ħalli jagħtuh l-aħħar tislima.

Fil-fatt, spikkat id-dehra ta' bosta nassaba u kaċċaturi lebsin l-ilbies camouflage u jsellmu b'sfafar tal-pluvieri jew tal-papri, hekk kif it-tebut ikun ħiereġ għall-aħħar darba mill-Knisja ta' Ħad-Dingli.

Strieħ fis-sliem!


Cristian Tonna