Permezz ta’ ritratti u filmati esklussivi, l-esploratur Malti Conrad Neil Gatt, reġa' qasam mas-segwaċi tiegħu sejba oħra. Niċċa unika u partikolari ġewwa xelter li nstab waqt li kien għaddej xogħol ta’ skavar fuq il-proġett Tony Bezzina, limiti ta’ Lourdes ġewwa Raħal Ġdid.

Malli nstab dan ix-xelter, il-Kunsill ta’ Raħal Ġdid, bis-Sur Domnic Grima bħala sindku, mill-ewwel skatta mekkaniżmu biex dan il-wirt kulturali, daqsekk importanti, jiġi preservat u nkorporat bħala parti integrali minn dan il-proġett.

Għalekk, b’konsultazzjoni mal-Perit, inbidlet il-pjanta oriġinali. Jirriżultalna li se tiġi estiża l-bankina biex dan il-wirt storiku jkun jista' jiġi aċċessat aħjar mill-viżitaturi, la darba dan il-proġett jitlesta.

Fil-filmat esklussiv mehmuż hawn taħt, Conrad qasam magħna eżatt x’ġara, kif ukoll dak li sab hu stess malli niżel f’dan ix-xelter (akkumpanjat mis-sindku).

Conrad Neil Gatt Niċċa 1

Ritratt: Conrad Neil Gatt / Cngfotography

Xelter bellezza b’madwar 20 kamra ta’ qies varjat mqattgħin fil-blat, niċċa unika b’bust żgħir antik tar-Redentur miżbuha oranġjo, kanali maħsubin apposta fejn jiskula l-ilma, xi fliexken antiki u taraġ garigor tal-konkos (pre-cast) f’wahda mit-tliet bokok ta’ dan ix-xelter.

Conrad u t-tim tiegħu se jibqgħu viġilanti kemm fuq dan ix- xelter, kif ukoll fuq iż-żewġ xelters l-oħra li indikajna fil-ġimgħat li għaddew, dak fi Triq Nazzarenu, kif ukoll fi Triq Santa Monika, ġewwa Raħal Ġdid.

Conrad Neil Gatt Niċċa 2

Ritratt: Conrad Neil Gatt / Cngfotography

Fl-istess waqt, għadhom qed jissorveljaw ukoll l-iżviluppi fuq ix-xelter ta’ Ħal Luqa, l-Imsida, u l-Mosta, u żgumbrament ta’ fortifikazzjonijiet oħra li huma okkupati minn possibilment ‘squatters’ għal ħafna snin.

Dan kollu bħala parti mill-missjoni tagħhom biex ikunu strumentali fil-preservazzjoni ta’ iktar wirt storiku u kulturali mill-passat, għall-ġenerazzjonijiet futuri tagħna.

@cng_malta Filmat ESKLUSSIV 🎥‼️ Nicca UNIKA 🧐 … #fyp #exclusive #exclusivefootage #shelter #paola #localcouncil #malta #tiktok #tiktokmalta🇲🇹 #tiktokmalta #tiktokmalta_europe #christ #redeemer #protect #restore #trees #garden #explore #documentary #malta_europe #heritage #rahalgdid #vlog #vlogger #tiktoker #tiktoker #education #underground #wecare #filming #mayor #teamwork #new #photos #video ♬ Music box and background music for sad scenes(1345342) - syummacha

Conrad Neil Gatt / Cngfotography


Gwida.mt