Ilbieraħ kien l-anniversarju ta' Bettina u Philippa minn The New Victorians. Fuq il-profil tagħha l-kantanta lokali Bettina Muchmore kitbet dwar l-anniversarju tal-ġenituri tagħha. Hi xerrdet ritratt mal-familja kollha waqt l-ikla ta' nofsinhar, flimkien ma' messaġġ mill-qalb.

"Għall-ġenituri sbieħ tiegħu u l-legat li nvestew ħajjithom biex jibnuh s'issa. Awguri fl-anniversarju - inħobbukom!... u nafu li tħobbu l-istorbju li nġibulkom!" Bosta kienu li awgurawlhom fil-kummenti f'din l-okkażjoni.

Ta' min infakkru li jum wara, illum, 2 ta' Mejju, Bettina tagħlaq sena minn meta saret omm iż-żgħiru Ted. Filwaqt li nawguraw lil Ted fl-ewwel sena tiegħu, nagħtu l-isbaħ xewqat fl-anniversarju lill-ġenituri ta' Bettina u Philippa minn The New Victorians!

Facebook/ The New Victorians


Kyle Zarb