Bħal-lum kienet ġurnata speċjali għall-preżentatriċi Clare Agius wara li saret omm ta' Luke! Luke għalaq 12-il sena u għaldaqstant ommu Clare kitbitlu messaġġ mill-qalb għall-okkażjoni.

Clare tikteb li għalkemm f'dawn iż-żminijiet ġieli jkollhom mumenti fejn ma jaqblux, tinsab grata li huwa binha. Hi dejjem gara li apparti li tkun ommu, tkun dik il-persuna li tifhmu, tappoġġjah u temmen fih biex iwettaq l-għanijiet tiegħu.

"Inħobbok immensament, u dak li ngħidlek, dejjem għax irrid l-aħjar għalik!", tikteb Clare. Xerrdet ritratt għall-okkażjoni flimkien ma' binha Luke. Awguri minn qalbna!

Facebook/ Clare Agius


Kyle Zarb