Proprju llum il-kantant bravissimu Fabrizio Fannielo qed jiċċelebra għeluq it-43 sena tiegħu.

Matul dawn l-aħħar snin, lil Fabrizio rajnih iwettaq bosta suċċessi fil-karriera mużikali tiegħu.

Fil-fatt, huwa ħa sehem darbtejn fil-Eurovision Song Contest, l-ewwel darba fl-2001 bil-kanzunetta Another Summer Night, u t-tieni darba fis-sena 2006 bil-kanzunetta I Do.

Riċentament, rajna r-ritorn ta' dan il-kantant fil-kuntest mużikali Mużika Mużika, fejn anke kklasifika fis-6 post, bil-kanzunetta Fjamma.

Bħalissa żgur li s-segwaċi tiegħu jinsabu ħerqana sabiex jaraw il-verżjoni l-ġdida tal-kanzunetta Sal-Aħħar Nifs, li Fabrizio sa jniedi flimkien m'oħtu Claudia, kif ukoll Owen Luellen.

It-tim ta' Illum Ma' Steph, anke ħejja sorpriża ħelwa għal Fabrizio, ftit jiem ilu.

Kienu bosta dawk li anke awgurawlu fuq il-mezzi soċjali, fejn fost l-oħrajn persuna anke ddeskrivitu bħala "stilla artistika" li twieldet 43 sena ilu.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Fabrizio f'għeluq sninu!


Cristian Tonna