Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said ħabbret ilbieraġ li se ssir inċentiva biex kull min jadotta kelb jew qattus jingħata vawċer ta’ 70 ewro f’servizzi ta’ veterinarju.

Iżda ħafna ma qablux ma’ din l-inizjattiva u fosthom hemm il-preżentattriċi Moira Delia.

“Din l-inċentiva hija tassew inkwetanti, għar-raġuni ovvja - Li tadotta qattus jew kelb tiswa ħafna flus!” hi kitbet fuq Facebook.

“Jekk €70 jinċentivaw lil dawk li jadottaw allura huwa ċar li ma jistgħux jaffordjaw pet! Il-voti m'għandhomx jintrebħu b'dan il-mod iżda b'azzjonijiet li fil-fatt jagħmlu differenza!”

Intom x’taħsbu?

Facebook/Moira Delia


Bernard Xuereb