Tmintax-il mediċina fuq il-lista formulatorja tal-Gvern mhumiex disponibbli fis-suq Malti bħalissa. Il-maġġoranza tagħha fadlilhom ġimagħtejn biex jerġgħu jsiru disponibbli għalina.

Ħafna minnhom spiċċaw mhux fis-suq għaliex hemm problema ta' provvisti li laqtet bosta stati membri tal-Unjoni Ewropea.

Iktar kmieni dan ix-xahar, l-Awtorità Ewropea għall-Mediċini ħabbret li 25 minn 27 pajjiż fl-Unjoni Ewropea huma affetwati b'dan-nuqqas ta' mediċini, u ħafna persuni diġà rraportaw li qed isibuha diffiċli mmens biex jakkwistaw dawn il-mediċini.

Jekk tixtieq tara l-lista, agħfas HAWN.

Pixabay & Facebook / Pharmacy Of Your Choice


Bradley Cachia