Ira Losco aktar kmieni llum qasmet episodju li meta tħares lura lejn żgur ħa jnissilha tbissima imma dakinhar ma tantx daħket u biex tkompli tgħaxxaq kollox ġara f'għeluq sninha. Ira tirrakonta kif dakinhar f'għeluq sninha ppjanat ġurnata baħar u hi u sejra kellha inċident żgħir fejn ħabtet ġo Ray Fauzza, bumper to bumper xejn kbir.

Ira tgħid li hu kien vera orrajt, waqt li qed jimlew il-formali ġurat kbir qabeż fuq xagħar Ira u din telqet tiġri u twerżaq. Hi tistqarr li probabli Ray ħaseb li hi xi miġnuna. Huma iltaqgħu wara dan l-episodju meta ttieħed ir-ritratt li qasmet hawn. Ira skużat ruħha mill-ġdid iżda Ray qal li ma jiftakarx l-episodju.

Naħseb li llum tħares lura u titbissem dwar dak li ġara f'dak il-jum imma ċertament li ma kienx il-każ dakinhar!


Emil Calleja Bayliss