Illejla se jsir kunċert fejn fih ser jieħdu sehem diversi artisti li ħa jieħdu sehem fil-Eurovision Song Contest 2021. L-għan ta’ dan il-kunċert huwa li jiġu ċċelebrati l-artisti tal-Eurovision u l-mużika Ewropea imma apparti minn hekk biex titqajjem kuxejnza favur l-ambjent.

Destiny ser ikollha sehem ukoll f’dan il-kunċert fejn se tkun qiegħda tkanta l-kanzunetta li ser tirrapreżenta lil pajjiżna biha “Je Me Casse”. Tajjeb li ngħidu li din id-diska għadha l-favurita li tkun rebbieħa minn dawk id-diski u l-pajjiżi li ser jieħdu sehem fil-Eurovision din is-sena.

Dan il-kunċert ser jibda fid-disgħa ta’ filgħaxija u tistgħu ssegwuh live fuq Eurovoix.tv

Facebook / Destiny Chukunyere


Henzley  Bezzina