Sentejn ilu, Destiny Chukunyere ikkompetiet fil-11-il edizzjoni ta’ Britain’s Got Talent.

Got Talent Global jiġbor l-aqwa u l-aħjar kontestanti minn matul is-snin kollha ta' Britian's Got Talent u mill-verżjonijiet kollha ta’ dan il-programm minn madwar id-dinja. Destiny għamlita fuq Got Talent Global ukoll, u issa tinsab mal-aqwa kantanti tal-ġeneru Soul.

Il-prestazzjoni li għażlu biex jinkludu fil-filmat tal-aqwa kantanti Soul, kienet l-ewwel waħda televiżiva għal Destiny f’din il-kompetizzjoni, fejn irnexxilha tqajjem fuq saqajhom, mhux biss l-udjenza, iżda l-erba’ ġurati inkluż Simon Cowell!

Minn wara dik il-prestazzjoni, Destiny għaddiet għall-fażi li jmiss, fejn minn hemm ġiet magħżula sabiex tikkompeti fis-semi finali.

Segwi l-prestazzjoni ta’ Destiny mis-semi finali, hawn taħt:

Destiny bdiet il-karriera internazzjonali tagħha, meta rebħet il-Junior Eurovision 2015, it-tieni darba għal Malta b'Not My Soul.

Facebook / @destinysinger.chukunyere


Luke Borg