Destiny kollha sorpriżi u s'issa għadha ma għamlitx wirja fuq il-palk bħall-oħra meta ġiet għad-dehra tagħha! Ftit tal-ħin ilu, kellha kollegament ma' ħadd ħlief Conchita Wurst, ir-rebbieħa tal-2004.

Dawk li segwew il-kollegament kienu sorpriżi hekk kif setgħu jaraw ftit minn xagħar Destiny li jidher li biddel il-kulur tiegħu. Kif jidher mir-ritratt li t-tim tagħna rnexxielu jieħu, xagħarha qed jidher roża.

Ritratt: Instagram / Destiny Chukunyere

Mhux magħruf jekk kellhiex xi dawl roża fuqha dak il-ħin tal-filmat jew inkella, Destiny iddeċidietx li tbiddel il-kulur ta' xagħarha għall-wirja tal-lejla. Jista' jagħti l-każ li b'hekk kienet qed tilbes il-parrokka fil-prova tal-lum sabiex ma tikxifx is-sorpriża!

Fid-21:00 tibda l-wirja importanti ferm, wirja li fiha l-ġurija madwar l-Ewropa jivvutaw għal min jaħsbu li għandu jikkwalifika. Taħsbu li bidlet il-kulur ta' xagħarha qabel wirja daqshekk importanti? Għidulna x'taħsbu!


Emil Calleja Bayliss