Justin Mifsud huwa viċi eżekuttiv, preżentatur, u producer fil-qasam tal-Motorsport, u bħal kulħadd, hu ukoll ġarrab mumenti koroħ f’ħajtu. Permezz tal-midja soċjali tiegħu, Justin qasam kelmtejn dwar it-tfulija tiegħu, biex dak li jkun jispira ruħu. Hu rrakkonta meta minn mindu kellu 5 snin, kien jisma’ lill-għalliema u l-ġenituri ta’ tfal oħra jgħidu lill-ġenituri tiegħu li binhom m’għandux kwiet, u li mhux tajjeb għall-iskola. Saħansitra dawn kienu jgħidulhom li fil-futur ser ibati u iqabbluh mat-tfal tagħhom li jġibu ruħhom aħjar minnu.

Justin qal li wara 32 sena tisma’ dawn l-affarijiet kollha, bilfors trabbi qoxra, u kiber f’raġel li ma jimpurtahx x’jgħidu n-nies, u b’karriera mimlija suċċessi. “Ma jifmhux li jeżistu kundizzjonijiet f'kull individwu li ta’ min jidhru u ta’ min ma jidhrux. Dawk is-snin kienu litteralment martirju li għal bosta kienu xejn ħlief ilsien jiġri qabel moħħhom jaħseb speċjalment fejn trabbejt jien li kienu jkunu jafu x’ħin tidħol u x’ħin toħrog u l-kalendarju ta’ ħajtek jafuħ iktar milli tkun tafu int stess għax il-persjani dejjem on duty, u bl-overtime ukoll” kiteb.

Hu għalaq il-messaġġ tiegħu billi ta l-parir lin-nies biex ma jinħlewx fuq in-negattività, u minflok din jippruvaw idawwruha f’xi ħaġa pożittiva.


Nicole Zammit