Davide Tucci fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu qasam kelma ġdida. “Brimbuċidju” imma xi jrid jgħid biha? … Għal min isegwi Division 7 jaf li Davide Tucci qed jinterpreta l-parti tal-Brimbu. ilbieraħ intemm l-aħħar episodju tas-7 staġun bl-aktar mod eċitanti.

Il-kelma “Brimbuċidju” skont Davide tfisser, “meta l-Brimbu taqbiżlu u jiddeċiedi li joqtol lill-kulħadd”. Fl-episodju tal-bieraħ, Brimbu joqtol 3 min-nies sa fejn nafu aħna u 2 oħra possibilment ukoll.

Wara li ma rnexxilux joqtol lil Tereż li kienet taħt koma l-isptar il-Brimbu jaħrab jiġri bl-lapes ġo nofs għonqu! Tereż meta kienet qed tiġi fgata jirnexxielha ddaħħal lapes ġo għonq il-brimbu! Iżda bis-saħħa tal-puluzija għassa Tereż jirnexxielha issalva imma l-Brimbu ħareġ jiġri. L-ewwel delitt li jagħmel kien mal-puluzija. Il-Puluzija li kien għassa ma’ Tereż, il-Brimbu inifidlu żaqqu bil-bastun li kellu.

Iżda mhux biss il-brimbu jispiċċa joqtol il-gwardjana tal-ħabs Vicky. Peress li ddiżapuntatu Vicky billi ma teħlisx minn Tereż, il-Brimbu jispiċċa joqtolha wkoll.

Iżda baqa’ … il-brimbu jgħajjat lit-tifel ta’ Vicky u n-Niċċa fil-post imwarrab. Xħin wasal joqtlu kiesaħ u biered. Fl-aħħar tal-episodju nisimgħu ħoss ta’ sparatura oħra imma manafux jekk id-Dondon mietx jew le! Veru kas ta’ Brimbuċidju!

Brim x’għamiltilna! Staġun ieħor tal-ġenn minn DBA entertainment. Nifirħu lil din il-produzzjoni għax-xeni li ntwerew.


Anthony Baldacchino