L-attur Clayton Pace għadu kif ħabbar fuq il-profil tiegħu li għal darb'oħra ibnu Noah ser ikun qed jieħu sehem fil-produzzjoni F'Ġieħ L-Imħabba!

Clayton b'ċajta kiteb, "Mhux hekk... qabel kienu jwaqfuni u jgħiduli prosit... illum iwaqfuni biss biex ikellmuni fuqu... Dan ser joħdilna xogħolna hawn Lenies, irridu naraw x'ser nagħmlu!". Fil-fatt huwa vera li Noah tista' tgħid seraq il-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin kollha hekk kif diġà deher f'produzzjonijiet oħra qabel bħal L-Għarusa.

Għal darb'oħra Clayton f'ismu u f'isem Lenies, irringrazzja mill-qalb lit-tim kollu ta' F'Ġieħ L-Imħabba talli taw opportunità oħra liċ-ċkejken Noah biex jidher fuq it-televiżjoni. Tgħid x'se tkun il-parti li ħa jaħdem din id-darba?! Prosit Noah u lill-familja Pace!


Kyle Zarb