Illum jiċċelebra għeluq sninu wieħed mill-iżgħar atturi lokali li qed narawhom spiss fix-xena televiżiva. Dan mhu ħadd ħlief Jake Testa.

Lil Jake żgur li minnufih niftakru fl-irwol tiegħu waqt is-sensiela Ta' Gerit, iż-żgħir tal-familja ta' Maria u David! Apparti Ta' Gerit lil Jake rajnieh f'produzzjonijiet bħal Għal-Logħba Li Jmiss, Ħbieb u Għedewwa u Mejta Biex Ngħix.

It-tim Ta' Gerit preparalu anke messaġġ biex jawguralu. "Dan il-ġuvnott illum se jixjieħ sena. Awguri għażiż... Aħna l-familja Ta’ Gerit INĦOBBUK ĦAFNA." Xerrdu anke ritratt meħud minn Ta' Gerit għall-okkażjoni.

Awguri għażiż Jake!


Kyle Zarb