Bjorn Formosa huwa magħruf bħala r-raġel li rnexxilu jgħaqqad pajjiż għal għan wieħed nobbli, ir-raġel li qed jaħdem qatiegħ biex jagħti ħajja aħjar lill-persuni li jiġu milquta mill-istess marda li ntlaqat minnha hu. Fil-ħajja mgħaġġla ta’ Bjorn u l-mara tiegħu Maria, issa li għaddejin il-preparamenti ġmielom fuq it-tieni post ta’ Dar Bjorn, ġurnata ta’ rilassament tagħmel tajjeb żgur mhux forsi, u dan hu dak li għamlu Bjorn u Maria ftit tal-jiem ilu!

Verament kellna bżonna din il-ġurnata ‘l bogħod minn kollox. L-unika vaganzi li kien qed ikollna dan l-aħħar huma f’Mater Dei. Dawn l-aħħar xhur kienu mimlija b’attivitajiet kontinwi u viżiti mhux daqshekk sbieħ l-isptar. Affetwat lil ħajjitna, r-relazzjoni tagħna, kollox. Kultant hemm bżonn li tieqaf u tirrilassa għal ftit, anke jekk għal ġurnata waħda biss. Kellna wkoll x’niċċelebraw is-suċċess tal-approvazzjoni tal-permess ta’ Dar Bjorn ġdida u ikbar. Għada nkomplu fejn ħallejna. Nirringrazzjawkom bil-quddiem tas-sapport kontinwu tagħkom!

Ħafna qegħdin jorganizzaw attivitajiet fejn fihom jinġabru fondi għal Dar Bjorn u dawn huma żewġ attivitajiet li tistgħu tattendu fil-qarib, b’risq din id-dar.

Il-kulleġġ San Benedittu qegħdin jorganizzaw BBQ tal-Imnarja, il-Ġimgħa 28 ta’ Ġunju ġewwa l-iskola stess f’Ħal Kirkop. Għal aktar informazzjoni għafas HAWN.

 bbq imnarja

Is-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani taż-Żurrieq, qed jorganizzaw ukoll Music Sensations, nhar il-Ġimgħa 5 ta' Lulju. Kull sena tintagħżel għaqda volontarja differenti u din is-sena jmiss Dar Bjorn. Għal din l-attivita mużikali ser ikunu mistiedna Pierre Cordina, Mykill, u ż-żeffiena t'Alana Bondin. Aktar informazzjoni dwar din l-attivita’ fil-poster t’hawn taħt.

 

L-għan ta' Dar Bjorn huwa li ttejjeb il-kwalita ta' ħajja ta' persuni bl-ALS, MS u b'kundizzjonijiet Newroloġiċi.

Facebook / @bjornformosaals


Luke Borg