Kull min jaf lil Abigail Vick, jaf kemm tħobb u tfisser għaliha l-kamra tagħha. Kif tgħid hi stess, fiha hemm diversi affarijiet sentimentali kif ukoll personali, u li kull parti mill-kamra hi importanti għaliha.

Abigail kitbet fuq Instagram dwar bidla li ser tagħmel f'ħajjitha, dik li fil-fatt tibdel il-kamra tagħha. "Ma nistax nemmen li dalwaqt mhux ser nibqa' nsejjaħ lill-kamra tiegħi, ‘il-kamra tiegħi’. Dawk li jafuni l-aħjar jafu li l-kamra tiegħi hija ħaġa kbira għalija, ma jifhimx kulħadd. Hija l-kamra li nħossni l-iktar sigura fiha, iż-żona ta' kumdità tiegħi u hi mimlija memorji personali. Se jkun diffiċli biex ngħidilha ċaw." 

Ir-raġuni għaliex Abigail ħa tkun qed tibdel il-kamra tagħha, għadha ma żvelathiex. Madankollu, nistgħu nimmaġinaw li meta torbot qalbek ma' xi ħaġa tant personali, mhux faċli li toqgħod mingħajrha mbagħad. Int tħobbha daqs Abigail lill-kamra tiegħek?


Kyle Zarb