Il-mistiedna li jmiss fuq Kellymni mhi ħadd ħlief l-influencer lokali Danita, magħrufa għall-paġna tagħha One Chick and a Yorkie. Danita titkellem dwar il-vjaġġ tagħha tul dawn l-aħħar snin, vjaġġ li tista' tgħid beda mill-programm l-Ispjun.

Hemm tista' tgħid li daqet l-ewwel popolarità, iżda għaddew is-snin sakemm il-mezzi soċjali saru popolari u Danita bdiet tkun attiva wkoll fuq dawn il-mezzi. Danita titkellem dwar kif kabret il-paġna tagħha u minn hemm qatt ma ħarset lura.

Barra minn dan, taqsam magħna l-vjaġġ tat-tqala tagħha u l-għażla li taqsam kull pass mas-segwaċi tagħha. Hi titkellem bl-aktar mod onest dwar il-valuri li rawmu fiha l-ġenituri tagħha, il-problemi ta' saħħa li affaċċjat ommha u l-mod kif tħares lejn il-ħajja.

Il-podcast ħa jkun wieħed fejn ħa nsiru nafu aktar lil Danita mill-viċin. Minkejja li l-ħajja tagħha waħda pubblika żgur li se tiksopri affarijiet li ma kontux tafu qabel. Ingħaqdu magħna biex isegwu l-episodju li jmiss ta' Kellymni - Il-Podcast ta' Gwida.mt bi preżentazzjoni ta' Melanie Kelly, għada it-Tnejn 30 ta' Settembru, mit-20:00 'l quddiem.


Emil Calleja Bayliss