B’tant emozzjoni u tensjoni li tħoss fl-arja, waslet it-tieni semifinali ta’ Brillanti Singers nhar l-Erbgħa li ġej! Il-ġimgħa li għaddiet, il-parteċipanti niżlu minn 14 għal 13, hekk kif fis-Sing Off finali Kyra u missierha Matthew rebħu lil Point Blank u assiguraw posthom fis-semifinali li jmiss.

Issa kulħadd qed jistaqsi, x’ser tkun l-isfida ta’ din il-ġimgħa? U liema sorpriżi qed jistennew liż-żgħażagħ mimlija talent hekk kif qed jersqu pass eqreb lejn il-premju finali ta’ €30,000?

Din il-ġimgħa, ma' Nate Morrison, Greta Manuzi u Sarah Harrison se tingħaqad magħhom ir-reġina tal-Eurovision Maltija, Chiara! Chiara diġà qalet ċar u tond: mhi se tħalliha lixxa lil ħadd, se tgħidha kif tħossha, u se tfittex biss il-veru brillanti fost iż-żgħażagħ li se jkantaw quddiemha.

X’wassal biex din l-ikona Maltija ma ssibx kliem... u forsi wkoll xi demgħa jew tnejn? Min se jgħaddi għas-Sing-Off... u min se jkollu jippakkja u jiltaq mill-kompetizzjoni? Is-siparju se jitla’, u spettaklu eċċitanti, mimli emozzjonijiet u sorpriżi mhux mistennija hu garantit!

Brillanti Singers – L-Erbgħa fid-20:40, dejjem fuq ONE – Titilfuhx!

Facebook / Brillanti


Gwida.mt