L-emozzjonijiet huma kbar hekk kif illejla, it-12-il semifinalist li fadal se jippreparaw għal sfida oħra diffiċli – Brillanti Singer Goes Films! Iva, iż-żgħażagħ se jagħżlu silta immortali minn xi film li għandu post speċjali f’qalbhom, u biha jridu jimpressjonaw lill-ġurija sabiex jersqu dejjem pass eqreb lejn ir-rebħa tat-total ta’ €30,000!

Verament l-eċċitament huwa m’għola s-smewwiet! Wara li nqalgħu l-bravi missier u bint – Matthew u Kyra – kull wieħed u waħda miż-żgħażagħ jafu li kollox jista' jseħħ, u jridu jagħtu l-aħjar tagħhom sabiex il-ħolma li jirbħu din l-edizzjoni ssir realtà!

Il-ġurija se tkun dejjem aktar iebsa fit-tfittxija għall-veru Brillanti! Din il-ġimgħa, flimkien ma’ Nate, Greta u Sarah, se tingħaqad magħhom il-brava Annalise Mifsud, mużiċista, kantanta, attriċi u kompożitriċi mill-ifjen!

Min minn dawn it-12-il semifinalist se jkollu jippakkja u jmur lura d-dar illejla? Titilfux edizzjoni oħra speċjali ta’ Brillanti Singers – L-Erbgħa fid-20:40 fuq ONE!


Emil Calleja Bayliss