Infrastructure Malta, flimkien mal-ħaddiema tal-kuntratturi, qed tibni breakwater ġdid u ttejjeb il-faċilitajiet tal-passiġġieri tal-laneċ f'Buġibba. Dan il-proġett, appoġġjat mill-Fondi għall-Iżvilupp Reġjonali huwa investiment importanti fit-tisħiħ tal-infrastruttura marittima tar-reġjun.

L-għan primarju ta' dan l-investiment, li qed ikun kofinanzjat mill-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali, huwa li tissaħħaħ iż-żona kontra l-forza tal-mewġ biex tipprovdi protezzjoni kemm għall-kosta kif ukoll għall-istrutturi li jmissu magħha. Ir-rinovazzjoni tal-faċilitajiet tal-passiġġieri tal-laneċ se jżid il-kumdità tat-trasport bil-baħar lejn San Pawl il-Baħar. 

Il-Perita Alessia Galdes qalet li bħalissa diġà tlestew iktar minn nofs ix-xogħlijiet. 


Marija Bellia